L-avveniment naturali tat-temp magħruf bħala El Niño beda fl-Oċean Paċifiku u x’aktarx se jżid isaħħan id-dinja li diġà qed tissaħħan kaġun tat-tibdil fil-klima.
Li El Nino diġa beda ġie konfermat mix-xjentisti Amerikani li qed ibassru wkoll li x’aktarx is-sena 2024 se tkun l-aktar sena sħuna fid-dinja.
L-istess esperti tal-klima jibżgħu li dan se jgħin biex jimbotta lid-dinja lil hinn mit-trisħin ta’ 1.5 gradi Centigradi.
Konsegwenza t’hekk, potenzjalment dan iġib in-nixfa fl-Awstralja, aktar xita fin-Nofsinhar tal-Istati Uniti, u dgħajfien tal-monsoon tal-Indja.
L-avveniment x’aktarx se jdum sar-rebbiegħa li ġejja u wara l-impatti tiegħu jibda jonqsu.
Għal xhur sħaħ, ir-riċerkaturi kienu dejjem aktar fiduċjużi li avveniment El Niño kien mistenni li jolqot fl-Oċean Paċifiku.
Dan il-fenomenu naturali huwa l-aktar b’varjazzjoni qawwija fis-sistema tal-klima kullimkien fid-Dinja.
Il-fażi sħuna, imsejħa El Niño, isseħħ kull sentejn sa seba snin fejn ilmijiet sħan joħorġu fil-wiċċ ‘il barra mill-kosta tal-Amerika t’Isfel u jinfirxu madwar l-oċean u joħolqu ammonti sinifikanti ta’ sħana fl-atmosfera.
Snin sħan rekord, inkluża l-2016, normalment iseħħu sena wara l-avveniment qawwi ta’ El Niño.
L-aġenziji tat-temp madwar id-dinja jużaw kriterji differenti biex jiddeċiedu meta din il-fażi sħuna tkun se tasal.
Għax-xjenzati fl-Istati Uniti, id-definizzjoni tagħhom teħtieġ li l-oċean ikun 0.5C aktar sħun min-normal għal xahar u l-atmosfera trid tidher li qed tirreaġixxi għal din is-sħana.
Dawn il-kundizzjonijiet intlaħqu fix-xahar ta’ Mejju. Fi stqarrija, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Oċeani u l-Atmosfera tal-Istati Uniti (NOAA) qalet li l-kundizzjonijiet ta ‘El Niño huma preżenti.
Jgħidu wkoll li hemm ċans wieħed minn kull erbgħa li dan l-avveniment jaqbeż it-2C.
L-impatti tal-bidu ta’ El Niño x’aktarx se jibqgħu għal ftit xhur iżda se jinħassu mad-dinja kollha.
Ir-riċerkaturi jistennew li dawn se jinkludu kundizzjonijiet tat-temp aktar niexef fl-Awstralja u f’partijiet tal-Asja, b’potenzjal li jiddgħajjef l-monsoon fl-Indja. L-istati tan-Nofsinhar tal-Istati Uniti x’aktarx se jkunu aktar imxarrba fix-xitwa li ġejja. El Niño normalment isaħħaħ il-kundizzjonijiet tan-nixfa fl-Afrika.
Jekk isseħħ din l-esperjenza se jkun hemm spiża kbira umana u ekonomika għal dan l-avveniment tat-temp li ġej.
L-El Niño fl-1997-98 sewa aktar minn $5 triljun b’madwar 23,000 mewta minn maltempati u għargħar.
Hemm ukoll probabbiltà qawwija li l-verżjoni ta ‘din is-sena timbotta l-2024, wara l-2016, bħala l-aktar sena sħuna tad-dinja.
It-temperaturi globali bħalissa qed iduru madwar 1.1C ‘il fuq mill-medja l-avveniment El Niño jista’ jżid iċ-ċifra sa 0.2C.