Saturday, December 21, 2024

ELETT FIL-KARIGA TA’ PRESIDENT FIR-REĠJUN TAT-TRAMUNTANA

Aqra wkoll

Miktub minn Clifford Galea Vella

Pubblikament ngħid Grazzi minn qalbi lil dawk kollha li emmnu fija. Grazzi tmur ukoll lil dawk li forsi m’emmnux fija f’dan il-mument, imma nittama, li b’ħidmieti, jbiddlu fehemthom tul iż-żmien li ġej.

L-iskop u l-għan ġenwin tiegħi huwa li naħdmu flimkien għar-Reġjun tat-Tramuntana. Huwa dak li nixtieq.

Flimkien nibnu fuq dak li sar mit-tmexxija ta’ qabli u hawn insellem lis-Sur Anton Mifsud tal-ħidma tiegħu li wettaq tul il-Presidenza tiegħu.

Minn issa ‘l hemm, irridu naħdmu iżjed flimkien għall-ġid tal-lokalitajiet li jaqgħu taħt ir-Reġjun Tramuntana. Spiss insemmi u ngħid li hekk kont fiż-żmien li għamilt meta servejt bħala Minority Leader fin-Naxxar; attitudni li ġabitli rispett minn kull naħa tal-lokal.

Jalla din l-istess attitudni pożittiva twassal għall-għaqda bejnietna u tħalli l-frott mixtieq.

In-Naxxar, il-Mosta, San Ġwann, il-Mellieħa, l-Imġarr, l-Imtarfa, Ħal Balzan, Ħ’Attard u San Pawl il-Baħar nixtieq li jkunu kburin li jiffurmaw parti mir-Reġjun Tramuntana. U Dan isir biss, bi djalogu u onesta f’ħidmietna.

Clifford Galea Vella – President tar-Reġjun tat-Tramuntana f’isem il-Partit Laburista

Ekonomija

Sport