L-MTV ħabbret lil Ella Henderson bħala l-aħħar artista ewlienija għall-Isle of MTV Malta 2025. Il-festival se jsir fuq il-Fosos fil-15 ta’ Lulju li ġej, bl-artisti ewlenin imħabbra qabel, ALOK u Damiano David li wkoll se jkunu qed jieħdu sehem. Barra minn hekk, se tkun qed tipparteċipa wkoll l-istilla Maltija, Miriana Conte.
B’aktar minn 3 biljun stream u 10 singles fl-aqwa 10 tar-Renju Unit, il-mużiċista Brittanika Ella Henderson kisbet tifħir mifrux matul il-karriera tagħha. Minn meta daħlet fix-xena mużikali globali bid-debutt tagħha “Ghost” – li kien l-aktar single tad-debutt li nbiegħ malajr minn kwalunkwe artist Brittaniku dik is-sena – Ella ġiet nominata għall-BRIT Award erba’ darbiet u għall-Ivor Novello.
Hija kkollaborat ma’ wħud mill-akbar artisti fid-dinja fosthom David Guetta, Becky Hill, Rudimental, Jax Jones u l-kantant ewlieni ieħor tal-Isle of MTV, Alok. Flimkien mal-prestazzjoni tagħha fl-Isle of MTV Malta, Ella se tkun l-artista ewlenija f’diversi festivals fir-Renju Unit dan is-sajf, u se tingħaqad ma’ OneRepublic fit-tour Ewropew tagħhom aktar tard din is-sena.
Il-kantanta Maltija Miriana Conte hija famuża fil-gżira għall-prestazzjonijiet mill-aqwa tagħha. Riċentement, Miriana rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest, bid-diska tagħha “Serving” li kisbet success kbir.
Matul is-16-il edizzjoni tiegħu, Isle of MTV Malta ġab għexieren ta’ eluf ta’ partitarji tal-mużika fil-pjazza kull sena biex igawdu prestazzjonijiet spettakolari mill-akbar stilel tad-dinja, inklużi Alesso, Ava Max, David Guetta, Jessie J, Lady Gaga, Marshmello, Martin Garrix, N.E.R.D, Nelly Furtado, OneRepublic, RAYE, Rita Ora, Scissor Sisters, Snoop Dogg, u Tom Grennan.
L-avveniment se jixxandar fuq MTV internazzjonalment fit-13 ta’ Settembru, 2025 f’aktar minn 150 pajjiż, u se jixxandar live fuq il-kanali soċjali @MTV, flimkien ma’ Pluto TV fil-15 ta’ Lulju. Barra minn hekk, l-ispettaklu se jkun disponibbli on-demand fuq Paramount+ f’data aktar tard.
Il-festival huwa parti mill-Isle of MTV Malta Music Week, sensiela ta’ ljieli u festi fil-klabbs fl-aktar postijiet popolari fil-gżira mill-15 sat-20 ta’ Lulju.
Il-biljetti għal Isle of MTV Malta huma disponibbli issa permezz ta’ www.isleofmtv.com.
Segwi @IsleOfMTV fuq Facebook, Instagram, Twitter u TikTok biex tibqa’ aġġornat bl-aħħar aħbarijiet mill-avveniment.
DWAR ISLE OF MTV MALTA
Issa fis-17-il sena tiegħu, fost l-artisti tal-passat fl-Isle of MTV Malta hemm: Ava Max, Bebe Rexha, David Guetta, DJ Snake, DNCE, Enrique Iglesias, Far East Movement, Flo Rida, Hailee Steinfeld, Jason Derulo, Jessie J, Kelis, Kid Rock, Lady Gaga, Maroon 5, Marshmello, Martin Garrix, NER*D, Nelly Furtado, OneRepublic, Paloma Faith, RAYE, Rita Ora, Sigala, Snoop Dogg, Steve Aoki, The Black Eyed Peas, The Chainsmokers, Scissor Sisters, u Will.i.am.