Sunday, November 10, 2024

Elon Musk ibigħ kważi $4 biljuni mill-ishma ta’ Tesla

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Tesla Elon Musk bigħ 19-il miljun u nofs oħra f’ishma b’valur ta’ madwar $3.95 biljun.

Din l-aħbar qiegħda tinxtered biss f’inqas minn ġimagħtejn wara li l-iktar raġel sinjur fid-dinja xtara l-pjattaforma soċjali Twitter għall-prezz ta’ $44 biljun.

Il-valur tal-ishma tal-kumpanija Tesla naqas b’aktar minn 50 fil-mija sa mill-bidu tas-sena. Barra minn hekk, l-istess kumpanija qiegħda ssejjaħ lura aktar minn 40,000 vettura fl-Istati Uniti minħabba possibbiltà kbira li dawn għandhom problemi fil-power-steering.

Proprju fl-aħħar sigħat il-kumpanija responsabbli mill-manifattura tal-vetturi elettriċi qalet li dawn il-vetturi jistgħu jiżviluppaw tali ħsara f’kuntatt ma’ ħofor fit-toroq.

Filwaqt li kkonfermat li għandha mod imħejji biex isiru t-tibdiliet li hemm bżonn fis-sistema, Tesla qalet li mhix konxja ta’ xi persuni li weġġgħu jew saħansitra mietu minħabba din il-problema.

Sport