“Illum ġrat xi ħaġa tassew stramba. Għamilt erba’ testijiet għall-COVID-19, żewġ riżultati ħarġu pożittivi u tnejn oħra ħarġu negattivi. L-istess magna, l-istess test u l-istess infermiera.” Hekk qal il-Kap Eżekuttiv ta’ SpaceX u Tesla Elon Musk fuq is-sit soċjali ta’ Twitter wara li f’ġurnata waħda għamel erba’ testijiet għall-COVID-19, wieħed wara l-ieħor.
It-tħassib ta’ Musk huwa li bħalma ġrat lilu, “qed tiġri wkoll lil nies oħra li bħali qed jagħmlu t-testijiet.”
Ftit xhur ilu, Musk għamilha ċara li hu u familtu mhux se jkunu qed jieħdu l-vaċċin ġaladarba dan ikun disponibbli għall-pubbliku. Skontu, hu u l-familju tiegħu mhumiex daqshekk f’riskju. F’Marzu, Musk kien akkużat li qiegħed izerred informazzjoni falza dwar il-COVID-19. Dan wara li hu kiteb li sal-aħħar ta’ April, in-numru ta’ każi attivi fl-Istati Uniti se jkunu qrib iz-0.