Saturday, November 16, 2024

Eluf f’dimostrazzjonijet favur l-abort fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Għexieren ta’ eluf nġabru għal dimostrazzjonijiet li saru madura 50 stat fl-Istati Uniti bħala sapore għad-drittijiet tal-abort. Huma nġabru biex jopponu għal liġi ġdida li tillimita l-aċċess għall-abort fl-istat ta’ Texas.

Fil-bidu tad-dimostrazzjonijiet, dawk preżenti kienu kkonfrontati minn numru żgħir ta’ persuni li huma kontra l-abort u li bdew jagħjtu li “Idejkom imċappsin bid-dmija ta’ trabi innoċenti!” Iżda din l-għajta malajr intfiet qalb iċ-ċapċip u l-kant tal-folla kbira li kienet qiegħda titlob għad-dritt tal-abort.

Fix-xhur li ġejjin il-Qorti Suprema se tkun qiegħda tisma’ każ li jista’ jkun ta’ żvolta fil-liġi tal-1973 li kienet illegalizzat l-abort madwar il-pajjiż kollu.

Il-verdett ta’ din is-sentenza jista’ jibdel id-deċiżjoni rigward il-liġi Roe v Wade li tipproteġi d-dritt tal-nisa li jwettqu abort sal-perjodu li fig il-fetu jkun kapaċi jgħix barra mill-ġuf; iġifieri madwar 28 ġimgħa fit-tqala.

Ekonomija

Sport