Eluf ta’ persuni bejn ilbieraħ u llum attendew għal edizzjoni oħra tal-AgriFest fejn produtturi lokali, fosthom bdiewa, raħħala, sajjieda, artiġġjani lokali, qed l-opportunità li jesponu l-prodott Malti waqt din iċ-ċelebrazzjoni unika fil-Gżejjer Maltin.

Fost l-esebizzjonijiet, hemm diversi prodotti agrikoli, ħut u apparat għas-sajd, kompetizzjonijiet tal-annimali, u anki l-Malta Kulinarja 2024 b’diversi kompetizzjonijiet ta’ ikel varjat.

Waqt li kien qiegħed iħabbar l-edizzjoni ta’ din is-sena l-Ministru Anton Refalo kien qal “Din hi t-tieni darba li se nkunu qed norganizzaw din il-fiera, bl-għan ewlieni tal-Malta AgriFair hu li tkun vetrina li b’mod innovattiv u interattiv tesponi l-kwalità tal-ikel lokali u turi l-ħiliet u l-kapaċitajiet ta’ kull min jaħdem f’dan il-qasam. Il-Malta AgriFair 2024 mhux biss hi opportunità unika biex il-poplu tagħna jkun infurmat u jsir jaf aktar dwar il-varjetà u l-kwalità tal-prodotti tal-ikel u xorb lokali, imma wkoll biex l-esebituri jsiru jafu iktar dwar xulxin u jesploraw kif jistgħu jikkollaboraw bejniethom.”

L-AgriFest tibqa’ miftuħa sa għada l-Ħadd.