Sunday, December 22, 2024

Eluf jattendu għall-Isle of MTV 2023

Aqra wkoll

Madwar 30,000 persuna mlew il-Fosos tal-Furjana biex isegwu l-Isle of MTV u b’hekk għal sena oħra reġa’ kien suċċess kbir.

Aktar kmieni qabel ma beda l-fesitval ġiet indirizzata konferenza tal-aħbarijiet fejn indirizzaw lil dawk preżenti – l-ikoniċi One Republic, l-aktar famużi għad-diska tagħhom ‘Apologise’, Delta Goodrem, Mimi Webb u Tom Grennan, li fil-preżent jinsabu jokkupaw l-ewwel postijiet taċ-charts Ewropej, bil-hit singles tagħhom.

Ilkoll kellhom kliem ta’ tifħir għal pajjiżna fejn fil-ftit ħin li kienu ilhom Malta, baqgħu msaħħra bis-sbuħija ta’ pajjiżna. Dan minkejja li din ma kinitx l-ewwel darba f’pajjiżna għall-grupp leġġendarju One Republic li lura fl-2007 kien diġà ħa sehem fl-Isle of MTV meta dakinhar kien ħa sehem ukoll Enrique Iglesias.

Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, irringrazzja lil kull min kien involut biex l-edizzjoni ta’ din is-sena tkun waħda ta’ suċċess, filwaqt li saħaq li “Ser nibqgħu impenjati li nkomplu noffru iżjed attrazzjonijiet kulturali u mużikali biex mill-prodott turistiku Malti jgawdu nies minn kull sfera tal-ħajja. Huwa b’dan il-mod li nistgħu nkomplu mexjin għal turiżmu li jkun ibbażat fuq il-prinċipji tas-sostenibbiltà”.

Ekonomija

Sport