Sunday, December 22, 2024

Eluf jevakwaw wara tsunami f’Tonga kkawżat minn żbroff ta’ vulkan taħt l-art

Aqra wkoll

Tsunami kkawżat minn żbroff ta’ vulkan taħt il-baħar laqat il-gżira ta’ Tonga li tinsab fil-Paċifiku.

Il-vulkan bl-isem ta’ Hunga Tonga-Hung Ha’apai, li jinsab 65 kilometru ’l bogħod mill-belt kapitali ta’ Nuku’alofa żbroffa aktar kmieni dalgħodu.

Skont kelliema għas-servizzi ġeoloġiċi f’Tonga, il-materjal vulkaniku laħaq għoli ta’ madwar 20 km lejn is-smewwiet.

S’issa ħadd ma ġie rrappurtat li miet jew weġġa’ kawża ta’ dan it-tsunami.

Filmati li qed iduru fuq il-midja soċjali juru mewġ li laqtu d-djar mal-kosta ta’ din il-gżira.

Ekonomija

Sport