Sunday, April 20, 2025

Eluf jipprotestaw kontra t-tmexxija ta’ Trump 

Aqra wkoll

Eluf kbar ta’ persuni niżlu fit-toroq madwar l-Istati Uniti kollha biex jipprotestaw kontra l-azzjonijiet li qiegħed jieħu l-President Donald Trump.

Il-protesti qegħdin jisejjħu “50501” li jfisser 50 protesta f’50 stat f’movument wieħed. Dawn il-protesti qegħdin isiru minħabba l-ħafna deċiżjonijiet li qiegħed jieħu Trump fosthom it-tkeċċija ta’ eluf kbar ta’ immigranti li kienu qegħdin jgħixu fl-Istati Uniti.

Skont stħarriġ tal-opinjoni pubblika li sar minn Gallup, bħalissa Trump għandu 45% tal-poplu li qegħdin jagħtu appoġġ u dan wara li f’Novembru li għadda rebaħ l-elezzjoni presidenzjali b’marġini kbar ħafna. 

Din hija l-ewwel darba li President kellu nuqqas ta’ appoġġ mill-poplu ta’ inqas minn 60% fl-ewwel xhur tat-tmexxija. 

Il-protesti li qegħdin isiru huma kontra t-tkeċċija ta’ eluf ta’ ħaddiema minn mal-Gvern, it-tnaqqis fin-nefqa fl-edukazzjoni kif ukoll ir-ritorn ta’ Ábrego García lejn El Salvador li wara kulħadd induna li dan kien żball.

Minkejja l-eluf kbar ta’ persuni li niżlu fit-toroq, ma ġie rraportat l-ebda ġlied mal-pulizija hekk kif l-organizzaturi wissew lid-dimostranti biex dak kollu li jwettqu jkun wieħed paċifiku.

Il-protesti mistennija li jkomplu għaddejjin illum u anke fil-jiem li ġejjin bit-tama li l-messaġġ jasal fil-White House u ma jibqgħux jittieħdu deċiżjonijiet li skont il-maġġoranza tal-poplu Amerikan huma “ħżiena”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport