Eluf kbar ta’ persuni LGBTQ u oħrajn li għaqdu magħhom is-Sibt filgħaxija għamlu waħda mill-aktar protesti li qatt kien hemm fil-kapitali Pollakka Warsaw.
Huma qegħdin jitolbu aktar drittijiet ċivili hekk kif dalwaqt se jkun hemm l-elezzjoni ġenerali fil-pajjiż.
Il-Gvern Lemini li qiegħed jerġa’ jipprova jirbaħ l-elezzjoni ġenerali fil-passat kien opona bil-qawwa kollha li fil-Polonja jiddaħlu drittijiet għal persuni LGBTQ.
Min-naħa tiegħu s-Sindku ta’ Warsaw qal li l-komunità LGBTQ se tkun dejjem sigura fil-kapitali sakemm hu jibqa’ fil-kariga. “Mhux biss nittama li persuni LGBTQ ikunu siguri fil-kapitali iżda wkoll mal-pajjiż kollu,” qal is-Sindku Rafal Trzaskowski li ġej mill-partit liberali li bħalissa qiegħed fl-Oppożizzjoni. Hu wkoll indirizza din il-protesta.
Żewġ bejn koppji tal-istess sess mhux legalment rikonoxxut fil-Polonja u f’liġi li hemm fil-pajjiż tgħid li persuni tal-istess sess li jgħixu flimkien ma jistgħux jaddottaw tfal.