Eluf kbar ta’ suldati Russi li fl-aħħar xhur ġew imsejħa biex imorru jiġġieldu fl-Ukranja qegħdin jiffriżaw l-isperma tagħhom f’banek speċjalizzati.
Kien Igor Trunov l-kap tal-Unjin tal-Avukati Russi li waqt intervista li ta lill-aġenzija tal-aħbarijiet Tass qal li l-Ministru tas-Saħħa laqa’ t-talba ta’ eluf ta’ truppi biex qabel imorru għal gwerra jingħataw iċ-ċans li jiffriżaw l-isperma tagħhom.
Ftit jiem wara li fi Frar li għadda r-Russja bdiet l-invażjoni tagħha fl-Ukranja eluf kbar ta’ truppi biex jaraw liema bank tal-isperma jistgħu jiffriżaw u bdew ukoll ilestu d-dokumenti kollha meħtieġa biex f’każ li ma jirritornawx lura mill-gwerra, marthom tkun tista’ tuża mill-isperma friżata bit-tama li wara mewthom xorta jkollhom l-ulied.