Tuesday, October 28, 2025

Emails frawdolenti li qed jimpersonaw lill-Arċisqof Charles Scicluna

Aqra wkoll

L-Arċidjoċesi ta’ Malta tixtieq tavża li qed jinxterdu emails frawdolenti f’isem l-Arċisqof Charles Scicluna, bil-għan li jqarrqu lin-nies biex jibagħtu flus jew jaqsmu informazzjoni personali.

L-Arċidjoċesi tixtieq tgħid b’mod ċar li l-Arċisqof qatt ma jagħmel talbiet għal għajnuna finanzjarja, donazzjonijiet jew dettalji personali permezz ta’ email jew xi forma oħra ta’ messaġġ.

Il-pubbliku huwa avżat biex ma jweġibx għal dawn il-messaġġi, u lanqas ma jikklikkja fuq il-links jew l-attachments li jkun hemm fihom. Dawn qed jintbagħtu f’verżjonijiet varji u mhux neċessarjament ikunu bħall-emails li ntbagħtu llum.

Kull min jirċievi email li tgħid li ġejja mingħand “Monsinjur Charles Jude Scicluna” jew xi varjazzjoni simili, għandu jinjoraha u jirrappurtaha immedjatament.

L-Arċidjoċesi rrappurtat din il-kwistjoni lill-awtoritajiet rilevanti u tħeġġeġ lill-pubbliku jagħmel l-istess.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport