Thursday, December 26, 2024

Emendi għal-Liġi tar-Regolarizzazzjoni tal-Bini

Tkompli l-ħidma biex iktar familji jingħataw serħan il-moħħ…

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) ħabbret li rrevediet l-iskema ta’ regolarizzazzjoni tal-bini permezz ta’ avviż legali maħruġ illum. Dan kollu qed isir bil-għan li iktar familji jingħataw serħan il-moħħ għal meta jiġu biex ibigħu l-proprjetà tagħhom jew sabiex jissellfu fuq id-dar tagħhom. Il-proċedura għar-regolarizzazzjoni tal-bini hija ntiża sabiex dawk għandhom il-proprjetà tagħhom li ma jkunux konformi għalkollox mal-liġi minħabba xi nuqqasijiet, jista’ jinħarġilhom permess, sakemm it-tali xogħol illegali jkun seħħ qabel l-2016.

Sabiex wieħed ikun jista’ jirregolarizza xi proprjetà, hemm diversi parametri li wieħed irid jimxi magħhom. Dawk kollha li għandhom parti mill-proprjetà tagħhom barra miż-żona tal-iżvilupp jikkwalifikaw għal dawn l-emendi ġodda. Dan filwaqt li dawk kollha li għandhom proprjetà sħiħa ‘l barra miż-żona ta’ żvilupp jew mingħajr permess ma jikkwalifikawx. Persuni li għandhom parti mid-dar tagħhom mhux skont il-permess oriġinali jistgħu jiċċekkjaw jekk jikkwalifikawx skont il-kriterji li jinsabu aċċessibbli għal kulħadd fuq is-sit pa.org.mt.

L-istess skema tgħid li fir-rigward ta’ bini li jkun f’sit ta’ ODZ, jistgħu jiġu kkunsidrati biss żviluppi eżistenti li saru qabel l-2016 li mhumiex konformi ma’ xi permess ta’ żvilupp u li mhumiex sanzjonabbli. Barra minn hekk dawn iridu jkunu jinsabu fil-konfini ta’ Settlement Rurali ta’ Kategorija 1. Issa l-liġi qiegħda wkoll tinkludi proprjetà li tinsab kompletament f’Settlement Rurali ta’ Kategorija 1. Barra minn hekk tinkludi wkoll li l-proprjetajiet li jinsabu fiż-żona ta’ żvilupp u li għandhom parti mis-sit tagħhom li taqa ‘l barra miż-żona tal-iżvilupp, fejn dawn jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati għar-regolarizzazzjoni.

Ekonomija

Sport