Saturday, September 14, 2024

Emerson Palmieri se jibqa’ ma’ West Ham

Aqra wkoll

Wara li kollox kien jidher li Emerson Palmieri kien se jitlaq lil West Ham United sabiex imur jilgħab fit-Turkija, hu reġa’ bdielu u se jibqa’ jilbes il-flokk tat-tim minn Londra. Fl-aħħar mument il-plejer Italo/Brażiljan informa lill-aġent tiegħu sabiex iwaqqaf kull trattativa mal-klabbs Torok.

Emerson lagħab 85 logħba ma’ West Ham United, skorja tliet gowls u libes ukoll il-flokkijiet ta’ Chelsea, Roma, Olympique Lyon, Santon u Palermo.

Il-partitarji ta’ West Ham kitbu fuq il-profil soċjali tal-klabb fejn faħħru d-deċiżjoni ta dan il-plejer li jibqa’ jagħti qalbu għall-Hammers.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport