Monday, September 8, 2025

Emiliano Martinez se jibqa’ ma’ Aston Villa

Aqra wkoll

Emiliano Martinez mistenni jerġa’ jingħaqad mal-iskwadra ta’ Aston Villa wara li falla milli jassigura trasferiment lejn Manchester United fl-aħħar jum tat-trasferimenti.

Martinez, huwa goalkeeper Arġentin li twieled fl-1992 f’Mar del Plata, kien qed jittama li sal-aħħar minuta jinstab xi ftehim iżda dan kollu ma seħħx sabiex se jkollu jkompli mat-tim preżenti tiegħu. Wara esperjenza twila ma’ Arsenal, fejn rebaħ l-FA Cup u l-Community Shield, hu ngħaqad ma’ Aston Villa fl-2020 u malajr stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-aqwa gowlkepers fil-Premier League.

Martinez sar eroj nazzjonali wara li mexxa lill-Arġentina għar-rebħ tal-Copa America 2021 u t-Tazza tad-Dinja 2022.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport