Il-player ta’ Nantes, Emiliano Sala, li kien fi triqtu lura wara li għamel it-test mediku u ffirma ma’ Cardiff City, ma kellu l-ebda problema dwar it-titjira b’ajruplan privat li ġġarraf fit-tramuntana ta’ Guernsey, bil-konsegwenza li flimkien mal-bdot mietu t-tnejn … bil-ġisem tiegħu nstab fit-tifrik kważi tliet ġimgħat wara.
Iż-żagħżugħ Arġentin ta’ 28 sena kien qed itir lejn Wales minn Franza biex jingħaqad ma’ Cardiff City fi trasferiment ta’ £15-il miljun.
Huwa kien anzjuż li jmur lura biex isellem lill-kollegi tiegħu fit-team ta’ Nantes u jiġbor l-affarijie personali tiegħu qabel l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ tiegħu f’Cardiff City.
Fix-xhieda, fil-qorti ta’ Bournemouth, Jack Mackay, li dak iż-żmien kien jilgħab ma’ Cardiff, qal li huwa stess kien offra lil Sala biex jgħid li missieru, Willie Mackay, li kien aġent tal-players biex jirranġalu titjira lejn Nantes u jirritorna l-għada biex ikun lest għall-ewwel sessjoni ta’ taħriġ ma’ Cardiff.
Iżda ma kellux ikun minħabba li d-destin ħasadlu ħajtu.