Tuesday, October 7, 2025

Emilio De Leo jiffinalizza l-iskwadra Maltija

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali, Emilio De Leo, iffinalizza l-iskwadra ta’ Malta ta’ 28 player għaż-żewġ partiti internazzjonali f’dawn il-jiem li ġejjin, li jinkludu dik ta’ kwalifikazzjoni Ewropea tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2026 kontra l-leaders ta’ Grupp G, l-Olanda, u logħba ta’ ħbiberija f’darna kontra Bosnja-Herzegovina.

Malta l-ewwel se tilgħab kontra l-Olanda nhar il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, fid-8.45 pm fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali. Tlett ijiem wara, Malta se terġa’ lura fl-istess post biex tilgħab kontra Bosnja-Herzegovina f’logħba ta’ ħbiberija nhar il-Ħadd, 12 ta’ Ottubru fis-7.00 pm.

Paul Mbong (FK Cukaricki) u Zach Muscat (Chaves FC)  huma sospiżi għal-logħba ta’ kwalifikazzjoni kontra l-Olanda. Madankollu, iż-żewġ players se jkunu disponibbli għall-għażla għal-logħba ta’ ħbiberija kontra Bosnja.

L-iskwadra tara wkoll ir-ritorn tad-difensur veteran Steve Borg (Valletta), li se jagħmel l-aħħar dehra tiegħu mat-team nazzjonali fil-logħba ta’ ħbiberija kontra Bosnja-Herzegovina. Din il-partita se sservi bħala logħba testimonjali għal Borg, li timmarka t-tmiem ta’ karriera internazzjonali distinta mifruxa fuq aktar minn għaxar snin bil-flokk tat-team nazzjonali.

L-iskwadra hija din:

Goalkeepers – Henry Bonello (Ħamrun Spartans FC), Rashed Al Tumi (Sliema Wanderers FC), James Sissons (Chesterfield FC – Ingilterra).

Difensuri – Zach Muscat* (Chaves FC – Portugall), Juan Carlos Corbalan (Marsaxlokk FC), Kurt Shaw (Sorrento FC – Italja), Enrico Pepe (Marsaxlokk FC), Jean Borg (Sliema Wanderers FC), Steve Borg** (Valletta FC), Gabriel Mentz (Gżira United FC), Kean Scicluna (Zabbar St Patrick FC), Ryan Camenzuli (Hamrun Sparatans FC), Myles Beerman (Sliema Wanderers Wanderers FC)

Midfielders – Matthew Guillaumier (Panserraikos FC – Greċja), Brandon Diego Paiber (Valletta FC), Alexander Satariano (Athens Kallithea FC – Greċja), Yannick Yankam (Valletta FC), Teddy Teuma (Stade de Reims FC – Franza), Adam Magri Overend (Sliema Wanderers FC), Andrew Borg (Gzira United FC).

Attakkanti – Joseph E. Mbong (Hamrun Spartans FC), Jodi Jones (Notts County FC – Ingilterra), Paul Mbong* (FK Cukaricki – Serbja), Ilyas Chouaref (Sion FC – Svizzera), Irvin Cardona (AS Saint-Étienne – Franza), Basil Tenywa Tuma (Reading FC – Ingilterra), Keyon Ewurum (Valletta FC), Kemar Reid (Birkirkara FC).

*sospiż għall-partita kontra l-Olanda

** disponibbli biss għall-partita ta’ ħbiberija kontra Bosnja Herzegovina

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport