Il-coach nazzjonali, Emilio De Leo, iffinalizza l-iskwadra ta’ 26 player għall-partiti tar-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2026.
De Leo diġà kiteb l-istorja billi żamm id-disa’ players kollha li jilagħbu barra minn xtutna – l-ogħla numru li qatt ġie magħżul għat-team nazzjonali.
Malta se tibda l-kampanja tagħha minn Grupp G, b’partita f’darna kontra l-Finlandja, nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Marzu, 2025, fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, fit-8.45 pm.
Din il-partita timmarka wkoll id-debutt ta’ De Leo fit-tmun tat-team wara li ngħata din il-kariga, f’Jannar li għadda.
Sussegwentement, Malta se tivvjaġġa lejn Varsavja biex nhar it-Tnejn, 24 ta’ Marzu, taffronta lill-Polonja, fi Stadion Narodowy, liema partita tibda wkoll fid-8.45 pm.
Fost l-uċuh ġodda, De Leo ddeċieda li jżomm lil Jake Azzopardi (Valletta) u lil Mattia Veselji (FK Smederevo 1924), hekk kif dawn iż-żewġ players ġew imsejħa għall-ewwel darba mal-iskwadra tal-kbar.
Barra minn hekk, ġie msejjaħ ukoll James Sissons (Melita), goalkeeper imwieled fl-2007, bl-enfasi tal-impenn tiegħu biex jiġu żviluppati players żgħażagħ.
Dawn se jingħaqdu ma’ sħabhom, id- debuttanti James Carragher (Wigan Athletic) u Illyas Chouaref (Sion), biex tkompli tissaħħaħ l-iskwadra komposta minn talenti ġodda mħallta mal-esperjenza.
L-iskwadra ta’ 26 player hija din:
Goalkeepers – Rashed Al Tumi (FC Sheriff Tiraspol – Moldova), Henry Bonello (Hamrun Spartans), James Sissons (Melita).
Difensuri – Myles Beerman (Sliema Wanderers), Jean Borg (Sliema Wanderers), Steve Borg (Hamrun Spartans), Ryan Camenzuli (Hamrun Spartans), James Lee Carragher (Wigan Athletic FC – Ingilterra), Adam Magri Overend (Sliema Wanderers), Zach (Sanliurfaspor – Turkija), Enrico Pepe (Gzira United), Carlo Zammit Lonardelli (Floriana), Kurt Shaw (Hibernians).
Midfielders – Jake Azzopardi (Valletta), Matthew Guillaumier (FKS Stal Mielec Spolka Akcyjna – Polonja), Brandon Diego Paiber (Valletta), Steven Pisani (Sliema Wanderers), Alexander Satariano (Birkirkara), Teddy Teuma (Stade de Reims – Franza).
Attakkanti – Joseph E. Mbong (Hamrun Spartans), Paul Mbong (Birkirkara), Kyrian Nwoko (Sliema Wanderers), Basil Tenywa Tuma (Reading U21 – Ingilterra), Mattia Veselji (FK Smederevo 1924 – Serbja), Trent Anthony Buhagiar (Kapaz P.F.K. – Azerbaijan), Chouaref Ilyas (FC Sion – Svizzera).