Thursday, August 28, 2025

Emilio De Leo jsejjaħ skwadra proviżorja għal kontra l-Litwanja u San Marino

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali ta’ Malta,  Emilio De Leo sej­jaħ skwadra proviżorja għall- partita kontra l-Litwanja, valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2026.

Din il-partita se tintlagħab, nhar il-Ħamis, 4 ta’ Settembru, f’Kaunas, fis-6.00 pm, ħin lokali.

Imbagħad wara dan l-impenn, il-Maltin se jilagħbu partita ta’ ħbiberija kontra San, fl-Istadium Nazzjonali, nhar id-9 ta’ Settembru, fid-9.00 pm.

F’din l-iskwadra ssejħu tliet players ġodda – Irvin Cardona (St Etienne), Jake Brimmer (Auckland) u Kean Scicluna (Zabbar SP).

Min-naħa l-oħra, il-midfielder ta’ Valletta, Yannick Yankam, reġa’ ssejjaħ fl-iskwadra filwaqt li Ilyas Chouaref (Sion) jirritorna minn sospensjoni.

Sadanittant, Teddy Teuma (Reims) u James Carragher (Wigan Athletic) mhumiex inklużi minħabba injury filwaqt li Basil Tuma (Reading) ġie msejjaħ fl-iskwadra ta’ Taħt il-21 sena.

L-iskwadra msejħa hija:

Goalkeepers: Henry Bonello (Hamrun S.), Rashed Al Tumi (Sliema W.), James Sissons (Chesterfield FC – Ingilterra).

Difensuri: Zach Muscat (Chaves – Portugall), Juan Carlos Corbalan (Marsaxlokk), Kurt Shaw (Sorrento – Italja), Enrico Pepe (Marsa­xlokk), Jean Borg (Sliema W.), Gabriel Mentz (Gzira U.), Kean Scicluna (Zabbar SP), Ryan Camenzuli (Ħamrun S.) Myles Beerman (Sliema W.).

Midfielders: Matthew Guillaumier (Panserraikos – Greċja)*, Brandon Diego Paiber, Jake Azzopardi, Yannick Yankam (Valletta), Alexander Satariano (Athens Kallithea – Greċja), Jake Grech (Floriana), Jake Brimmer (Auckland FC – Awstralja), Adam Magri Overend FC (Sliema W.).

Attakkanti: Joseph Mbong (Hamrun S.), Jodi Jones (Notts County – Ingilterra), Paul Mbong (FK Cukaricki – Serbja), Ilyas Chouaref (Sion FC – Svizzera), Irvin Cardona (St Etienne – Franza), Kyrian Nwoko (Sliema W.), Keyon Ewurum (Valletta), Kemar Reid (Birkirkara).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport