Il-linja tal-ajru Emirates issieħbet ma’ sitt entitajiet fl-Afrika biex tipprovdi aktar minn 1,300 basket tal-iskola magħmula bl-idejn u materjal ieħor li jintuża fit-tagħlim lil studenti żgħar. Kull basket tal-iskola għandu storja, parti mill-edizzjoni limitata Emirates’ Aircrafted, magħmula mid-drappijiet u partijiet tal-ajruplani tal-Emirates. Id-distribuzzjoni madwar l-Afrika tagħti bidu għal inizjattiva akbar mill-Emirates biex jerġgħu jintużaw u jiġu riċiklati materjali għall-benefiċċju tat-tfal madwar id-dinja.

Fiż-Żimbabwe, l-Emirates ikkollaborat ma’ St Marcellin’s Children’s Village Trust u Rose of Sharon, żewġ entitajiet li jieħdu ħsieb tfal vulnerabbli. Fiż-Żambja, Emirates issieħbet mal-Kucetekela Foundation li tappoġġja tfal b’potenzjal akkademiku iżda finanzjarjament żvantaġġati, u l-Alliance for Children Everywhere (ACE) Zambia, li tipproteġi familji u tfal vulnerabbli. Fl-Etjopja, Emirates ħadmet ma’ Bravehearts Ethiopia, NGO iddedikata biex tgħin lil tfal vulnerabbli b’fokus fuq edukazzjoni ta’ kwalità, kif wkoll ma’ Roots Ethiopia, li tiffoka fuq l-appoġġ ta’ diversi aspetti tal-edukazzjoni tat-tfal, speċifikament f’żoni rurali. Permezz tal-Emirates Airline Foundation, l-Emirates għandha storja twila ta’ appoġġ għall-programmi ta’ benesseri tat-tfal, u Aircrafted Kids hija estensjoni ta’ dan ix-xogħol. Il-pajjiżi li jmiss għall-inizjattiva tal-Aircrafted Kids huma l-Indja, il-Pakistan u l-Bangladexx.
Bħala parti minn strateġija għall-konsum responsabbli, l-Emirates impenjat ruħha li terġa’ tagħmel użu minn aktar minn 50,000 kilogramma ta’ materjal, minn 205 ajruplan li għaddejjin minn refit u refresh tal-kabina. It-tim tal-Emirates Engineering esplora għadd kbir ta’ modi li bihom dawn il-materjali ta’ kwalità għolja ħafna setgħu jerġgħu jintużaw. Tim ta’ Engineering Maintenance Assistants ddisinja u fassal b’mod kreattiv firxa sħiħa ta’ backpacks għal tfal ta’ etajiet differenti.
Dilettanti tal-avjazzjoni jistgħu wkoll jieħdu sehem f’din l-inizjattiva billi jixtru bagalji mill-edizzjoni speċjali Aircrafted by Emirates hekk kif fix-xhur li ħejjin se tiġi varata t-tieni capsule collection, bid-dħul kollu wara l-ispejjeż imur għall-Emirates Airline Foundation li tappoġġja proġetti umanitarji madwar id-dinja.