It-tennista Ingliża Emma Raducanu kellha tirtira mill-kompetizzjoni Billie Jean King Cup minħabba uġigħ fil-polz.
Raducanu, li ġiet imsejħa għal dan it-turnament flimkien ma’ Harriet Dart, Heather Watson u Katie Boulter ħasset xi ftit uġigħ waqt li kienet qed titħarreġ fil-court ta’ Londra.
Il-Billie Jean King Cup se ssir bejn it-8 u t-13 ta’ Novembru fi Glasgow.
Raducanu għandha 19-il sena u ħadet sehem f’diversi Grand Slams f’dawn l-aħħar snin.