Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Meta bdejt nilgħab il-futbol kont għadni żgħir ħafna, forsi kien għad kelli biss xi 4 snin. Aħna l-futbol ġej mill-familja, il-familja kollha jħobbu l-futbol, fil-fatt missieri stess kien jilgħab bħala plejer ma’ Arġentina, imbagħad meta kbirt jiena u kont nara lil missieri jilgħab u influwenzani ħafna kont bdejt jien ukoll nilgħab mal-Arġentina u għalhekk il-futbol huwa l-passjoni tiegħi u nħobbu ħafna.
Inti kont tilgħab ukoll ma’ Newell’s Old Boys fl-Arġentina ukoll hux hekk? X’tgħidilna dwar dan?
Iva eżatt, l-ewwel kont bdejt nilgħab ma’ tim ieħor imbagħad ingħaqadt ma’ Newell’s Old Boys ukoll.
Kif imbagħad allura spiċċajt tilgħab il-futbol ġewwa Malta?
Dak iż-żmien imbagħad kont qed nilgħab il-Messiku, imbagħad kienu qaluli jekk hux interessat li nibda nilgħab ma’ tim ieħor u jiena kont għedt iva mill-ewwel u aċċettajt, għax rajtha li din hija opportunità ġdida għalija. Din l-opportunità l-ġdida kienet Malta, u rajt li Malta kienet sifda tajba għalija u issa ninsab hawn nilgħab.
Kif tiddeskrivi l-esperjenza tiegħek bħala plejer ma’ Zabbar SP?
L-esperjenza tiegħi ma’ Zabbar biex niddeskriviha nista’ ngħid li hi waħda mill-isbaħ, huwa tim tajjeb li naħdmu lkoll flimkien. Huma lesti li jisimgħuni u nħoss ir-rispett mingħandhom allura ninsab vera kuntent hawnhekk magħhom għax mindu ġejt dejjem sibt is-sapport tagħhom fit-tim tagħna.
Issa li tinsab kuntent hawnhekk, kif inhi r-relazzjoni tiegħek ukoll mal-kowċ Aniello Parisi?
Il-kowċ Anniello Parisi huwa kowċ tajjeb ħafna li jaħdem ħafna wkoll u jinsisti għal-logħba. Dan kollu jirrifletti mbagħad fit-tim tagħna u r-riżultati li qed niksbu għax flimkien bħala tim qed naħdmu ħafna tajjeb.
Xi tgħidilna dwar il-partitarji u s-sapport li jagħtu n-nies lejn it-tim ta’ Ħaż-Żabbar?
Naħseb li hemm is-sapport mingħand is-sapporters f’Malta meta nilagħbu bħala tim waqt li qed nilagħbu xi logħba u dan jgħin ħafna waqt il-logħob.
Kif tara l-livell tal-futbol hawn Malta?
Hawnhekk f’Malta nara li hawn plejers tajbin ħafna u mindu ġejt hawn Malta għall-avventura l-ġdida tiegħi rajt li l-livell tal-plejer żdied mhux ħażin u kull plejer għandu x’joffri f’kull pożizzjoni li jilgħab u nħoss li Malta hawn kompetizzjoni qawwija bejn it-timijiet kollha li jilagħbu.
Għaddi messaġġ finali kemm lill-partitarji ta’ Zabbar SP kif ukoll lil dawk kollha u anke tfal li jixtiequ jagħmlu suċċess fil-karriera tal-futbol.
Lill-partitarji ngħaddi messaġġ biex ikomplu jagħtu s-sapport għax dak ikun ta’ kuraġġ kbir għalina, mingħajr is-sapport tagħhom ma jkunx possibbli nkomplu.
Lit-tfal li jixtiequ jagħmlu suċċess fil-karriera tal-futbol, nista’ ngħid, għax jien ukoll kont xi darba tfal, li jridu jibqgħu joħolmu, jemmnu fil-ħolm tagħhom u jkompli jħarsu ’l quddiem filwaqt li jidħlu għal avventuri ġodda u s-suċċess żgur li jasal!