Qabel din il-partita bejn Malta u San Marino valida mill-UEFA Nations League, ingħatat tislima xierqa b’ċapċipa kontinwa lill-kit manager tat-team nazzjonali, Mark Piscopo, li proprju nhar il-Ġimgħa tħabbret il-mewt tiegħu fl-etá ta’ 52 sena … u mbagħad qabel bdiet il-logħba ġiet osservata minuta silenzju għall-memorja tiegħu li żvolġiet f’ovazzjoni tremenda.
Waqt l-innijiet nazzjonali, il-players Maltin u saħansitra l-partitarji dehru emozzjonati għat-telfa ta’ dan il-persuna li għal aktar minn 30 sena ta l-kontribut tiegħu lil-logħba Maltija.
Qabel din il-partita, il-president tal-MFA Bjorn Vassallo, ippreżenta bukkett fjuri lill-mara ta’ Mark. Dan is-sit joffri l-kondoljanzi lill-familjari ta’ Piscopo.
Malta għelbet lil San Marino bl-iskor ta’ 1-0 b’goal skurjat minn Zack Muscat fil-50 minuta logħob.