Wednesday, September 25, 2024

Endrick irid imur b’self ma’ club ieħor

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Brażiljan, Endrick, qed jinduna li mhux se jkun faċli li jsib post fl-ewwel ħdax ta’ Real Madrid. Hu għandu 18-il sena u ngħaqad mal-Merengues fil-bidu ta’ din is-sena iżda qatt ma kellu ċ-ċans juri l-kwalitajiet tiegħu.

B’hekk l-eks plejer ta’ Palmeiras qed jaħseb sabiex imur b’self ma’ xi tim ieħor minħabba li jrid jilgħab futbol regolari. Hu diġa’ ddebutta mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu fejn lagħab 10 partiti u skorja tliet gowls. Minkejja kollox, hu għandu bżonn jilgħab sabiex ma jitlifx dan il-post tant importanti għalih.

L-aġent ta’ Endrick qed jitkellem ma’ bosta timijiet bit-tama li tinsab soluzzjoni għall-bżonnijiet tiegħu.

Sport