Diversi gazzetti Spanjoli qed jgħidu li żewġ plejers ta’ Real Madrid iġifieri Endrick u Arda Guler se jkunu qed jitilqu minn Estadio Santiago Bernabeu fl-aħħar ta’ dan l-istaġun hekk kif ftit qed jingħataw ċans mill-kowċ Carlo Ancelotti.
Hekk kif Kylian Mbappe, Rodrygo, Jude Bellingham u Vinicius Junior qed ikunu prominenti fl-attakk, post għal Endrick u Guler m’hemmx, xi ħaġa li qed iddejjaqhom wisq.
Iż-żewġ plejers qed jittamaw li jitilqu qabel it-tazza tad-dinja tal-klabbs li se ssir f’Lulju li ġej.