Saturday, November 9, 2024

Enemed Malta-Sicily Windsurf Crossing: Tensjoni sħuna fl-ilmijiet kesħin!

Aqra wkoll

It-tieni minn erba’ Tiġrijiet ta’ kwalifikazzjoni biex jiġu determinati l-parteċipanti tal-Enemed Malta-Sicily Windsurf Crossing li sar is-Sibt 5 ta’ Mejju
komplew b’tellieqa tul il-kosta tal-grigal ta’ Malta.

Din id-darba r-riħ ma tantx ta sehemu tiegħu u Mark Vassallo, l-Uffiċjal tat-Tlielaq tal-ġurnata, ma kellu l-ebda għażla ħlief li jqassar il-korsa għal madwar nofs id-distanza oriġinarjament ippjanata ta’ 13-il mil. Fil-fatt fil-bidu r-riħ kien 12-il knot, iżda niżel għal 5 knot malli l-flotta tal-kompetituri telqet mill-bajja, biex qabdet żiffa, eventwalment biex ir-riħ telgħa sa 13-il knot.

Għal medda twila ta’ ħin il-windsurfers mgħammra bl-‘IQFoil’ tħabtu biex iżommu l-bord fuq il-foils u allura l-veloċità kienet ferm aktar bil-mod.  Ir-riħ reġa beda jogħla hekk kif il-kompetituri daħlu madwar nofs triq fil-bajja tal-Mellieħa u f’dak l-istadju, il-foil boards bdew jagħmlu medja ta’ madwar 20 knot ta’ veloċità.

Il-flotta ta’ 10 boards telqet mill-linja tat-tluq barra l-Malta Young Sailors Club f’San Pawl il-Baħar f’12:53 ta’ wara nofsinhar. Ir-rotta kienet li jittieħdu l-baħrin fil-bajja tal-Mellieħa għal ftit loops bejn il-marka speċjali fuq is-sikka u baga mqiegħda barra Selmun u li jduru l-marka kardinali f’Għallis qabel ma jerġgħu lura għat-tmiem barra l-MYSC.

Naturalment l-irjieħ tal-Majjistral tax-xitwa jiġġeneraw kesħa kemm ġewwa kif ukoll barra mill-baħar iżda dan huwa ta’ importanza sekondarja għall-parteċipant li l-element kompetittiv għoli tagħhom qed iżommhom sħan anke f’ilmijiet kesħin. Dan il-fattur determinat huwa mistenni li jiżdied fost l-aqwa sfidant hekk kif it-tiġrijiet ta’ kwalifikazzjoni jkomplu.

Irrispettivament mill-kundizzjonijiet sfavorevoli tar-riħ għal ħafna mit-tiġrija għal darb’oħra l-fiduċja assoluta u l-ħila tal-windsurfer Pollakk Kamil Manowiecki kienu bla dubju. Huwa reġa’ daħal fl-ewwel post f’din it-tieni tiġrija ta’ kwalifikazzjoni u rreġistra l-ogħla veloċità tal-ġurnata, 26.7 knots.

L-avveniment huwa promoss u organizzat minn Wishbone Windsurfing Promotions flimkien mal-Malta Young Sailors Club li qed jipprovdu l-esperjenza teknika tagħhom fit-tmexxija ta’ din l-Edizzjoni Kommemorattiva tal-40 Anniversarju.

Wara t-tieni minn erba’ tiġrijiet ta’ kwalifikazzjoni l-klassifikazzjonijiet temporanji jinqraw – ‘veterani’ – 1. Jean Paul Fleri Soler; 2 Paul Ellul – ‘new comers’ – 1 Kamil Manowiecki; 2nd Karl Miggiani 3rd Tom Zammit Tabona; 4 Shaun Miggiani; 5 Enrico Bradamante; DNF (6th) Nico Drescher; DNS (7th) Zach Zammit; DNS (8th) Robert Fenech; DNF (9th) Patrice Pace DNF (10th) Matthew Fleri Soler. [DNS (Ma Bdewx) – DNF (Ma Spiċċawx)]



Fuq din it-tieni tiġrija tal-għażla l-baħri ‘l-aktar anzjan’ kien Paul Ellul ta’ 59 sena bl-iżgħar ikun Nicholas Drescher ta’ 17-il sena ta’ nazzjonalità Ġermaniża. Drescher u n-nazzjonali Pollakk Kamil Manowiecki huma t-tnejn membri attivi tal-Malta Young Sailors Club.

L-Enemed Malta-Sicily Windsurf Crossing – Edizzjoni Kommemorattiva tal-40 Anniversarju (1982-2022, qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Comune di Pozzallo (Kunsill tal-Belt ta’ Pozzallo) Sqallija, b’Enemed bħala l-“Official Fuels Partner” kif ukoll il-prinċipal sponsors. L-Sponsors Uffiċjali l-oħra tal-Avveniment huma GasanMamo Insurance, S&D Yachts, Blye, Medcomms Marine Electronic, Cisk, u Roland Marina. L-Avveniment qed isir ukoll bl-appoġġ u r-rikonoxximent tal-Għaqda Ġurnalisti Sports.

Sport