Saturday, October 26, 2024

Enemed V2 Powerboat Championships GP3 f’Cervia: El Diablo jkompli bid-dominanza tiegħu

Aqra wkoll

Jidher li m’hemm xejn li ser jwaqqaf lil El Diablo hekk kif kisbu rebħa oħra fit-tieni jum tat-tielet Grand Prix tal-Kampjonati Voomquest Enemed V2 Powerboat 2022 f’Cervia, l-Italja.

Il-kundizzjonijiet tat-temp, b’mod partikolari tal-baħar, aktar kmieni fil-ġurnata xekklu l-isforzi tal-prattika iżda t-timijiet setgħu jlestu t-taħriġ tagħhom. It-tbassir għal wara nofsinhar rat it-tiġrija tibda siegħa qabel u n-numru ta’ dawriet niżel għal 9 mit-12 oriġinarjament skedati.

Ma kien hemm l-ebda tibdil fil-pjazzamenti mir-riżultati tal-bieraħ, b’Clive Butler u El Diablo ta’ Sammy Grima, komplew jieħdu l-punti massimi għal darb’oħra. Warajhom kien hemm l-entratura wild card  Chaudron misjuq mill-fundatur ta’ Voomquest Aaron Ciantar u l-ko-driver sostitut Jurgen Camilleri wara li Ryan Micallef sofra ġrieħi ħfief waqt it-tellieqa tal-Ġimgħa. It-tielet post tal-podju tal-ġurnata kien Interceptor Remax misjuq minn Michael Xuereb u Sam Howes.

Il-Kampjonat Dinji Voomquest Enemed UIM V2 isir taħt l-awspiċi tal-korp governattiv dinji Union Internationale Motonautique (UIM) u huwa appoġġjat minn Enemed, Yachting Malta, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Chaudron Powerboats, u Virtu Ferries.

Sport