Brighton & Hove Albion ħabbru li l-midfielder Enock Mwepu ġie mġiegħel jirtira mill-futbol fl-età ta’ 24 sena biss wara d-dijanjosi ta’ kundizzjoni ereditarja f’qalbu.
Mwepu deher f’kull waħda mill-ewwel sitt logħbiet tal-Premier League tas-Seagulls dan l-istaġun qabel ma marad waqt li kien fuq titjira biex jingħaqad maż-Żambja għall-waqfa internazzjonali tax-xahar li għadda.
Wara li kien fl-isptar fil-Mali, il-midfielder irritorna Brighton biex jagħmel aktar testijiet kardijaċi li kkonkludew li l-marda tiegħu hija dovuta għal kundizzjoni kardijaka ereditarja.