Friday, September 6, 2024

Enrico Scerri u Kirsten Aquilina jikkwalifikaw għar-round ewlieni tal-Premier League of Darts

Aqra wkoll

Enrico Scerri u Kirsten Aquilina huma l-ewwel plejers li kisbu l-kwalifikazzjoni għar-round ewlieni tal-Premier League of Darts meta waslu sal-aħħar fażijiet ta’ din il-kompetizzjoni.

Scerri għeleb lil Charles Cauchi 3-0, Lilo Sciascia 3-2, Albert Scerri 3-1 u Kevin Spiteri 3-2 filwaqt li Aquilina rebħa lil Mario Farrugia 3-0, lil Brian Abela 3-0, lil George Ebejer 3-1 u lil Stephen Grima 3-0.

Sadanittant fl-erba’ ġimgħat li ġejjin jintlagħbu aktar logħob ta’ kwalifikazzjoni sabiex jiġu determinati l-għaxar finalisti tal-Premier League of Darts. Il-logħob kollu qed isir fil-Każin tal-Banda San Gejtanu fil-Ħamrun.

Ekonomija

Sport