Il-midfielder Arġentin ta’ Chelsea, Enzo Fernandez, jista’ jdum barra mil-logħob għal xahar wara li weġġa’ fil-hernia waqt il-partita mil-League Cup kontra Newcastle United, konfront li spiċċa mar favur il-Blues hekk kif rebħu 4-2 wara l-għoti tal-penalties.
Fernandez ħareġ izappap wara 31 minuta u għalhekk kellu jiġi mibdul.
Il-kowċ Mauricio Pochettino kien ferm diżappuntat wara din l-injury hekk kif jikkunsidra lill-plejer Arġentin bħala fundamentali fl-iskwadra tiegħu.