Saturday, October 26, 2024

Enzo Maresca minflok Ange Postecoglou?

Aqra wkoll

Hekk kif Ange Postecoglou telaq lil Celtic Glasgow sabiex ingħaqad ma’ Tottenham Hotspurs, id-diriġenti Skoċċiżi qed ifittxu kowċ ieħor li jkun jista’ jmexxihom għall-istaġun li ġej.

Skont xi ġurnali Brittaniċi, l-ogħla awtoritajiet tal-klabb qed jiflu sew il-profil ta’ Enzo Maresca li bħalissa hu l-assistent kowċ ta’ Manchester City immexxija minn Pep Guardiola.

Maresca għandu 43 sena u dejjem kien assistent kowċ ma’ xi klabb jew ieħor b’eċċezzjoni meta kien qed imexxi lil Parma fil-bidu tal-istaġun li għadda.

Sport