Xeni xejn sbieħ seħħew fi tmiem din il-ġimgħa fil-Greċja waqt il-logħba li saret fil-Georgios Karaiskakis Stadium ta’ Ateni fejn AEK lagħbu d-derby kontra Olympiakos u rebħu 3-1.
Dan ir-riżultat ma niżel xejn tajjeb mal-partitarji ta’ Olympiakos li raw lit-tim tagħhom kważi jsellem it-tamiet tiegħu li jirbaħ il-kampjonat Grieg.
Sadanittant partitarji ta’ Olympiakos niżżlu fil-grawnd jipprotestaw kontra l-kontroll tar-referee Davide Massa bil-plejers u diriġenti li daħlu lura fid-dressing rooms taħt sigurta kbira.
Biex ikompli jsaħħan il-qiegħa, il-president ta’ Olympiakos Evangelos Marinakis qal li l-federazzjoni tal-futbol Griega hi xempju ta’ korruzzjoni hekk kif iħoss li ħafna mil-logħob qed jiġi effettwat min-naħa tagħhom.