Il-kuntratturi Kurt Galea ta’ 33 sena, u Anthony James Fisher ta’ 42 sena kif ukoll id-diretturi ta’ Oratorian Capital Ltd., il-kumpanija li kienet il-proprjetarja tal-binja; Luca Micelli Demajo ta’ 33 sena u Samuel Borg ta’ 34 sena, kollha qed jiġu akkużati b’omiċidju involontarju u ksur tas-sigurtà.
Huma qegħdin ikunu akkużati b’omiċidju involontarju ta’ Bari Balla, Albaniż li kien jgħix Ħaż-Żebbuġ. Hu kien miet fuq sit tal-kostruzzjoni fl-età ta’ 51 sena. Ibnu tar-rispett Genti Prodani ta’ 31 sena, li kien qed jaħdem ukoll fuq il-post, sofra numru ta’ ġrieħi
Quddiem il-Maġistrat Ann Marie Thake huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi. Minn dak ippreżentat quddiem il-Qorti, l-iżviluppaturi kienu kisbu permess ta’ ppjanar biex iżidu art imnaqqsa u jestendu dawk eżisteni.
Iżda, skont il-permess l-ebda xogħlijiet ma setgħu jibdew sakemm il-perjodu li matulu dawk li oġġezzjonaw setgħu jappellaw id-deċiżjoni jkun skada.
Min-naħa tagħha l-BCA kienet qalet x-xogħlijiet fis-sit kienu illegali peress li ma kinitx infurmata dwarhom. L-istess qalet L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol fejn sostniet li ma ġietx notifikata bix-xogħlijiet.
L-Avukat Stefano Filetti rrappreżenta lill-kuntratturi. L-Avukat Charles Mercieca rrappreżenta lil Samuel Borg. L-avukati Michael Grech, Joe Giglio u Michaela Giglio irrappreżentaw lil Luca Miceli Demajo. L-Avukati Ettienne Savona u Manuel Grech mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mexxew il-Prosekuzzjoni.. L-Avukat Francesca Zarb kienet parte civile.