Sunday, October 27, 2024

Erba’ magni tal-ECG favur aktar servizzi lill-anzjani

Aqra wkoll

L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità kompliet tespandi s-servizzi li jingħataw lill-anzjani fid-Djar Residenzjali tal-Gvern permezz ta’ investiment f’erba’ magni tal-ECG.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela fejn sostna li b’hekk aktar anzjani se jkunu jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tal-Electrocardiogram, servizz li huwa kruċjali fl-evalwazzjoni u d-dijanjosi tal-mard tal-qalb.

Ġie spjegat li dan it-test se jingħata darba fis-sena lil kull resident fid-djar residenzjali tal-Gvern. It-tagħmir ser jintuża bħala għodda ta’ screening ta’ ċertu kundizzjonijiet tal-qalb kif ukoll sabiex tinħareġ dijanjosi tal-kundizzjonijiet mingħajr il-ħtieġa li l-anzjani jintbagħtu l-isptar Mater Dei.

Il-ministru tenna li dan it-tagħmir ġdid se jikkumplimenta l-kampanja li tnediet ftit tax-xhur ilu ‘Say No to Stroke’ – ‘Ngħidu Le għall-Puplesija’, biex b’hekk jinqabdu aktar kundizzjonijiet tal-qalb u jiġu trattati fil-ħin.

Sport