Thursday, November 14, 2024

Erba’ Ministri jieħdu l-ġurament tal-ħatra

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aktar kmieni waranofsinhar Justyne Caruana, Clayton Bartolo, Miriam Dalli u Clyde Caruana ħadu l-ġurament tal-ħatra bħala Ministru fil-Kabinett tal-Prim Ministru Robert Abela.

Justyne Caruana ġiet maħtura bħala Ministru għall-Edukazzjoni, Clayton Bartolo ġie maħtur Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi, Miriam Dalli ġiet maħtura Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli u Clyde Caruana ġie maħtur Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol.

Il-ġuramenti tal-ħatra saru fil-Palazz ta’ Sant’Anton quddiem il-President tar-Repubblika George Vella fil-preżenza tal-Prim Ministru Robert Abela. 

Ekonomija

Sport