Il-FIFA rċeviet erba’ offerti biex tospitaw it-Tazza tad-Dinja tan-Nisa fl-2027. Il-Brażil u l-Afrika t’Isfel issottomettew offerti, filwaqt li l-Belġju, l-Olanda u l-Ġermanja nedew espressjoni konġunta ta’ interess.
L-Istati Uniti u l-Messiku għamlu offerta flimkien biex jorganizzaw it-tournament.
Il-pajjiżi jridu jissottomettu l-offerti sħaħ tagħhom sad-19 ta’ Mejju. L-ospiti għandhom jintgħażlu mill-Kungress tal-FIFA permezz ta’ votazzjoni pubblika fis-17 ta’ Mejju 2024.
“Ninsabu ferħanin bl-espressjonijiet ta’ interess li rċevejna, mhux l-inqas minħabba li ġejjin minn assoċjazzjonijiet membri bi tradizzjoni qawwija tal-football li jirrappreżentaw erba’ konfederazzjonijiet,” qalet is-segretarja ġenerali tal-FIFA, Fatma Samoura.
Ir-rebbieħa kurrenti, l-Istati Uniti, ospitaw it-tournament fl-1999 u fl-2003, iżda mhux bħala offerta konġunta, filwaqt li l-Ġermanja ospitatawh fl-2011.
It-Tazza tad-Dinja tal-2023 se ssir fl-Awstralja u New Zealand bejn l-20 ta’ Lulju u l-20 ta’ Awwissu.
L-Istati Uniti, il-Messiku u l-Kanada se jospitaw flimkien it-Tazza tad-Dinja 2026 tal-irġiel.