Saturday, October 18, 2025

Erba’ pajjiżi Ewropej u l-Istati Uniti jirrapportaw żieda “misterjuża” ta’ każi ta’ epatite

Aqra wkoll

Uffiċjali tas-saħħa qed jinvestigaw każi “misterjużi” ta’ epatite fost tfal ġejjin minn erba’ pajjiżi differenti ġewwa l-Ewropa u anke fl-Istati Uniti. 

Il-każi ta’ epatite, jew infjammazzjoni tal-fwied, ġew irrapportati fid-Danimarka, l-Irlanda, l-Olanda, Spanja u l-Istati Uniti. Il-fattur li qiegħed jikkawża ż-żieda fil-każijiet għadu mhux magħruf. 

Il-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC) ma speċifikawx kemm kien it-total tal-każi rrapportati f’dawn il-pajjiżi. Min-naħa tagħha, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li kien hemm inqas minn ħames każijiet ġewwa l-Irlanda, u tlieta fi Spanja. Il-WHO tenniet li probabbilment fil-jiem li ġejjin se jkun hemm iktar każijiet. 

L-investigazzjoni dwar iż-żieda fil-każijiet ta’ infezzjonijiet qiegħda ssir fil-pajjiżi kollha fejn ġew irrapportati l-każi. 

Sport