Friday, November 15, 2024

Erba’ passiġġieri jinqabdu jġorru €44,880 fi flus mhux dikjarati

Aqra wkoll

Il-kelb tad-Dwana Charlie rnexxielu jwaqqaf żewġ passiġġieri b’total ta’ €22,590 fi flus mhux dikjarati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Il-kelb irreaġixxa b’mod suspettuż f’żewġ passiġġieri Marokkini li kienu qegħdin jivvjaġġaw lejn it-Turkija u l-Marokk. Dak li kien fi triqtu lejn il-Marokk nstab li kellu €11,690 fi flus mhux dikjarati, filwaqt li l-ieħor kien fi triqtu lura lejn pajjiżu u kien qiegħed iġorr €10,900.

L-uffiċjali tad-Dwana rmexxielhom iwaqqfu €22,290 fi flus mhux dikjarati waqt spezzjonijiet għall-għarrieda fuq passiġġieri li kienu qegħdin jivjaġġaw bil-Katamaran. Iż-żewġ passiġġieri Maltin fi triqthom lejn Sqallija nstabu li kienu qegħdin iġorru €11,145 fi flus kontanti mhux dikjarati kull wieħed.

L-erba’ passiġġieri qablu dwar ftehim barra mill-Qorti u ġew immultati rispettivament.

Ekonomija

Sport