Saturday, May 24, 2025

Erba’ persuni arrestati b’rabta ma’ importazzjoni u traffikar ta’ droga

Aqra wkoll

Ilbieraħ, erba’ persuni ġew arrestati b’rabta ma’ importazzjoni, traffikar u pussess ta’ droga wara żewġ operazzjonijiet separati tal-Pulizija.

L-ewwel operazzjoni saret għall-ħabta tas-1.30am, fi Triq Antonio Sciortino, l-Imsida. Wara jiem ta’ investigazzjonijiet u osservazzjonijiet, il-Pulizija nnutaw raġel dieħel f’appartament fil-qrib waqt li kien qed iġorr pouch u ħiereġ ftit minuti wara. 

Minħabba suspett li qajjem, il-pulizija iċċirkondaw il-vettura u żammew lir-raġel, Taljan ta’ 29 sena.

Flimkien miegħu, il-pulizija daħlu f’appartament li fih sabu raġel u mara, it-tnejn minn Spanja u t-tnejn għandhom 29 sena. Saret tfittxija fuq il-persuni kollha u fl-appartament, instab ammont ta’ sustanzi suspettati kokaina, ketamina, kannabis, u pilloli, b’valur fis-suq ta’ €6,000.

It-tieni operazzjoni kienet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, bl-assistenza tal-uffiċjali tad-Dwana. Waqt kontrolli ta’ rutina, osservaw żewġt irġiel Ingliżi ta’ 29 sena jġibu ruħhom b’mod suspettuż u jgħaddu oġġetti ftit qabel jgħaddu minn screening tal-X-Ray. Għaldaqstant, saret tfittxija u instabu fil-pussess ta’ pilloli u diversi pakketti b’sustanza suspettata kokaina u ketamina.

Il-persuni arresti se jitressqu l-Qorti fil-ħin li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport