Tuesday, December 3, 2024

Erba’ persuni arrestati f’aktar ħidma mill-Pulizija kontra t-traffikar tad-droga

... Somalu avviċinahom biex ibigħilhom id-droga

Aqra wkoll

Il-ħidma kontinwa tal-Pulizija kontra t-traffikar tad-droga wasslet biex fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġew arrestati erba’ persuni.

Somalu ta’ 28 sena residenti l-Gżira ġie arrestat mill-Pulizija wara li avviċinahom waqt li kienu pajżana fl-inħawi ta’ stabbiliment tad-divertiment f’Paceville biex jipprova jbigħilhom id-droga. Minn tfittxija li saret fuqu, instab li kien fil-pussess ta’ pakketti b’sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis. Huwa tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar ta’ droga u pussess aggravat u li kien reċediv, hekk kif kien instab ħati b’akkużi simili. Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u kien ikkundannat 18-il xahar ħabs flimkien ma’ multa.

Il-Pulizija arrestat ukoll Somalu ta’ 23 sena residenti Birżebbuġa u Alġerin ta’ 24 sena residenti Birkirkara, li twaqqfu f’San Ġiljan u mit-tfittxija li saret instabu fil-pussess ta’ sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis.

Waqt ronda oħra li saret f’Raħal Ġdid, ġie mwaqqaf ġuvni ta’ 19-il sena residenti l-Imqabba, fejn minn tfittxija li saret fil-vettura tiegħu nstab li kien fil-pussess ta’ pakkett b’sustanza suspettata kokaina.

Il-Korp tal-Pulizija jtenni l-impenn tiegħu għal aktar ħidma u kontinwa kontra t-traffikar tad-droga.

Ekonomija

Sport