Saturday, November 23, 2024

Erba’ persuni jindarbu fi splużjoni f’Melitopol

Aqra wkoll

Splużjoni fil-viċinanzi tal-Ministeru għall-Intern, f’Melitopol — belt fin-Nofsinhar ta’ Zaporizhzhia, fl-Ukrajna, li tinsab taħt il-kontroll tar-Russi — ħalliet minn tal-inqas erba’ persuni midruba, skont l-uffiċjali tal-lokal. Il-każ seħħ fis-sigħat li għaddew.

Alexey Selivanov, pro-Russu u Deputat Mexxej tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, iddeskriva din l-isplużjoni bħala att “terroristiku” mill-“militanti Ukreni”.

Selivanov iddikjara li l-isplussiv kien moħbi ġo tank taż-żibel viċin il-bini tal-Ministeru. Huwa kompla jgħid li fost l-individwi li ndarbu f’dan l-attakk kien hemm tifla li sofriet ġrieħi gravi, kif ukoll raġel.

Melitopol waqgħet f’idejn ir-Russi fil-bidu ta’ Marzu li għadda, propju ftit taż-żmien wara li bdiet l-invażjoni Russa.

Sport