Minn tal-inqas erba’ persuni nqatlu waqt protesti f’Douala, il-Kamerun, qabel it-tħabbira uffiċjali tar-riżultati f’elezzjoni li kienet ikkontestata sew f’dan il-pajjiż.
Il-gvernatur reġjonali, Samuel Dieudonné Diboua, qal li d-dimostranti kienu attakkaw għases tal-pulizija u l-forzi tas-sigurtà ddefendew lilhom infushom.
Mijiet ta’ partitarji tal-kandidat presidenzjali tal-Oppożizzjoni, Issa Tchiroma Bakary, sfidaw projbizzjoni biex ma jsirux protesti f’diversi bliet.
Bakary insista li rebaħ l-elezzjoni presidenzjali li saret fit-12 t’Ottubru, u b’hekk ikkontesta lill-President attwali, Paul Biya, li ilu fil-poter 43 sena. Il-partit fil-Gvern, CPDM, ċaħad dawn l-allegazzjonijiet.

