Erba’ persuni ddaħħlu l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tal-3:45 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Vjal l-Indipendenza fiż-Żurrieq.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW misjuqa minn raġel ta’ 24 sena mill-Ħamrun u Toyota Vitz misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena miż-Żurrieq. Fil-BMW kien hemm ukoll tfajla ta’ 19-il sena mix-Xgħajra u raġel ta’ 32 sena minn Ħal Kirkop.
Fil-post issejħu numru ta’ ambulanzi sabiex l-erba’ persuni setgħu jittieħdu lejn l-Isptar għall-kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħhom.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.