Tuesday, December 24, 2024

Erba’ players ta’ Salernitana pożittivi għall-Covid-19

Aqra wkoll

Xejn inqas minn erba’ players oħra ta’ Salernitana rriżultaw pożittivi għal Covid -19, li jfisser li se jkollhom disa’ players barra mill-azzjoni meta s-Serie A terġa’ tibda għada l-Ħamis.

Il-club tas-Serie A li għadu kif ġie promoss ġie pprojbit milli jivvjaġġa lejn Udine għall-aħħar logħba tal-2021 peress li tlieta mill-players tagħhom kienu rriżultaw pożittivi għall-coronavirus.

F’dawn l-aħħar jiem ħarġu aktar każi, u t-Tnejn, Salernitana ħabbreu li t-testijiet tat-tampuni ta’ erba’ players oħra u membru tal-persunel irriżultaw pożittivi.

Għaldaqstant, bħalissa disa’ players ta’ Salernitana u żewġ membri tal-persunel jinsabu fi kwarantina. Għada l-Granata se jospitaw lil Venezia fi Stadio Arechi iżda l-logħba mhix f’riskju li tiġi posposta.

Ekonomija

Sport