Sar magħruf li madwar erba’ plejers huma viċin li jħallu lil Bayern Munich fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Fil-fatt, Sadio Mané, Joao Cancelo, Thomas Muller u Joshua Kimmich lesti li jħallu l-Allianz Arena hekk kif xejn ma jinsabu għal qalbhom ma’ dan it-tim.
L-aħħar li wera x-xewqa li jħalli lill-Bavarja hu Kimmich li għandu 28 sena u li qed jiġi segwit minn Barcellona li qed jarawh bħala sostitut ideali għal Sergio Busquets li se jħalli l-Katalunja fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.