Erba’ plejers se jkunu qed iħallu lil Manchester United fl-aħħar ta’ dan ix-xahar u dawn huma Phil Jones, Axel Tuanzebe, Ethan Galbraith u Di’Shon Bernard.
Forsi l-aktar li laqtu l-għajn huwa t-tluq ta’ Phil Jones li kien ilu mar-Red Devils għal dawn l-aħħar 12-il sena u fejn lagħab 229 darba magħhom.
Min-naħa l-oħra, Tuanzebe lagħab 37 partita mar-Red Devils għalkemm dan l-aħħar ftit kien qed jingħata spazju mill-kowċ Erik Ten Haag.