Barcelona qed jaħsbu ferm fil-futur hekk kif beħsiebhom ineħħu erba’ plejers li ilhom mhux ftit jilagħbu fil-Camp Nou. Fil-fatt Sergio Busquets, Gerard Pique, Jordi Alba u Sergi Roberto huma ferm viċin li jitilqu l-Katalunja sabiex jibdew avventura oħra.
Skont diversi kritiċi tal-futbol Spanjol, is-sitwazzjoni tagħhom hi ferm ikkumplikata u fl-aħħar ta’ dan l-istaġun lesti sabiex isellmu lil Blaugrana.