Saturday, December 21, 2024

Erba’ snin ħabs fuq hold-up u ġlieda f’bar

Aqra wkoll

Raġel ta’ 40 sena minn Ħal Qormi kien ikkundannat erba’ snin ħabs wara li ammetta li wettaq hold-up fuq banka tal-lottu u li kien involut fi ġlieda ġo bar.

Darren Brincat ammetta li fis-16 ta’ Settembru li għadda, għall-ħabta tas-2.00 p.m., seraq €200 minn banka tal-lottu li tinsab f’Ħal Qormi; li żamm lill-impjegata Josepha Callus kontra l-volontà tagħha u anke weġġgħaha ħafif kif ukoll li ġarr arma.

Huwa ammetta wkoll li fit-18 ta’ Settembru ta’ din is-sena, bejn l-10.30 p.m. u l-11.00 p.m. f’“La Storia Bar” li jinsab f’Ħal Qormi stess, ikkaġuna feriti gravi fuq Matthew Mario Grech.

Waqt li ikkundannah erba’ snin ħabs, il-Maġistrat Joe Mifsud irrakkomanda lid-Direttur tal-Faċilitża Korrettiva ta’ Kordin biex jagħtih kull għajnuna u trattament.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit, Stephen Gulia u Kevin Pulis waqt li Brincat kellu jidher għalih lill-Avukat Victor Bugeja.

Ekonomija

Sport