Ungeriża ta’ 60 sena kienet ikkundannata erba’ snin piġuneija u mmultata €4,000 wara li ammettiet li fil-bagalja li biha waslet f’Malta kellha ammont sostanzjali ta’ droga.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Mark Anthony Mercieca spjegat li l-każ seħħ fit-18 ta’ Ottubru ta’ din is-sena, meta l-Pulizija u uffiċċjali tad-Dwana nnutaw li kellha xi ħaġa suspettuża fil-bagalja.
Waqt eżaminazzjoni tal-kontenut fil-bagalja nstabu 100 gramma eroina u 20 gramma ta’ sustanza li titħallat mad-droga biex iżżid l-ammont tagħha.
Meta tressqet fil-Qorti l-mara wieġbet mhux ħatja u baqgħet miżmuma taħt arrest imma issa ammettiet u l-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo kienet ikkundannata 4 snin ħabs u €4,000 multa.
Id-Difiża tmexxiet mill-Avukati Noel Bianco u Adriano Spiteri.

